Festa tal-Beatu Ġorġ Preca 2007

Fis-Sena Ċentinarja tas-Soċjeta M.U.S.E.U.M.u s-Sena tal-Kanonizzazzjoni Tiegħu

Il-Ġimgħa ta’ 27 ta’ April
Fis-6.30 p.m. fid-Dar Ġenerali tal-MUSEUM: Laqgħa tal-Grupp Beatu Ġorġ Preca

Is-Sibt 5 ta’ Mejju - L-ewwel Jum ta’ Tħejjija
Fis-7.30 a.m. fil-Kappella: Quddiesa minn Dun Tancred Sultana.
Fis-6.00 p.m. fil-Kappella: Quddiesa bil-priedka minn Dun Lawrenz Zammit.

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju - It-Tieni Jum ta’ Tħejjija
Fis-7.00 a.m., fit-8.00 a.m., fid-9.30 a.m., fil-11.00 a.m. fil-Kappella: Quddies bilpriedka.
Fis-6.30 p.m. fil-Kappella: Quddiesa bil-priedka minn Mons Charles J. Scicluna, il-
Postulatur.
Bejn id-9.00 a.m. u d-9.00 p.m. fl-Awditorju: Ostensjoni tal-Korp Sant ta’ Dun Ġorġ. Ilpubbliku
jkun mistieden iżur u jitlob quddiem il-Korp Sant.

It-Tnejn 7 ta’ Mejju - It-Tielet Jum ta’ Tħejjija
Fis-7.30 a.m., fid-9.30 a.m. u fil-12.15 p.m. fil-Kappella: Quddiesa
Fis-6.30 p.m. fil-Kappella: Quddiesa bil-priedka minn Mons Lawrenz Gatt, l-Assistent
Ekkleżjastiku.
Bejn id-9.00 a.m. u d-9.00 p.m. fl-Awditorju: Tkompli l-Ostensjoni tal-Korp Sant u lpubbliku
huwa mistieden ikompli jiġi jitlob. Stedina speċjali lill-anzjani, lill-persuni
b’diżbilta u lill-morda.

It-Tlieta 8 ta’ Mejju - Lejlet il-Festa
Fil-Kappella: Quddiesa fis-7.30 a.m., fid-9.30 a.m. u fil-12.15 p.m.
Bejn id-9.00 a.m. u l-5.00 p.m. fl-Awditorju: Tkompli l-Ostensjoni u l-pubbliku jibqa’
mistieden. Stedina speċjali lill-Għawdxin.
Fl-4.00 p.m. jitlaq Pellegrinaġġ minn diversi parroċċi Għawdxin.
Fis-6.30 p.m. fl-Awditorju: Pellegrinaġġ minn Għawdex. Imexxi l-Konċelebrazzjoni
Pontifikali l-E.T. l-Isqof Mons. Mario Grech.

L-Erbgħa 9 ta’ Mejju - Jum il-Festa
Fil-Kappella: Quddiesa fis-7.30 a.m., fit-8.30 a.m. u fil-11.00 a.m.
Fid-9.30 a.m. fl-Awditorju: Quddiesa għall-Istudenti ta’ l-iskejjel sekondarji.
Fis-6.30 p.m. fl-Awditorju: Quddiesa Pontifikali: imexxi l-Konċelebrazzjoni l-Arċisqof
ta’ Malta, l-E.T. Mons Pawlu Cremona O.P.