Il-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin tapprova l-miraklu ghall-kanonizazzjoni tal-Beatu Gorg Preca

Il-Kardinali u l-Isqfijiet membri tal-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin approvaw il-miraklu li ghandu jwassal biex il-Beatu Gorg Preca jigi kanonizzat.

Il-Kardinali u l-Isqfijiet tal-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin hadu d-decizjoni taghhom wara diskussjoni f’laqgha li saret nhar it-Tlieta, 9 ta’ Jannar 2007, fil- Palazz Apostoliku gewwa l-Vatikan. Il-membri tal-Kongregazzjoni ltaqghu taht it- tmexxija tal-Kardinal Jose’ Saraiva Martins.

Wara l-laqgha, il-Kongregazzjoni nfurmat lill-Postulatur tal-Kawza, Mons Charles J. Scicluna, li d-decizjoni kienet pozittiva. Mons. Scicluna nforma immedjatament lil Mons Arcisqof Guzeppi Mercieca, lil Mons. Pawlu Cremona O.P., Arcisqof- Elett, u lis-Superjuri Generali tas-Socjeta’ tad-Duttrina Nisranija.

Fix-xhur li gejjin, il-Kongregazzjoni thejji digriet dwar il-miraklu u tressqu ghall-approvazzjoni tal-Qdusija Tieghu l-Papa.

F’kull kaz ta’ kanonizazzjoni, il-Papa jitlob il-parir tal-Kardinali kollha residenti f’Ruma, migbura f’Koncistorju. Ladarba jkun hemm parir favorevoli min-naha tal- Kardinali, allura mbaghad tkun iffissata d-data tal-kanonizazzjoni ta’ Dun Gorg Preca.


Fejqan ta’ tarbija

Il-miraklu li sehh bl-intercessjoni tal-Beatu Gorg Preca jmur lura ghal Lulju 2001, xahrejn wara li Dun Gorg Preca gie iddikjarat Beatu mill-Papa Gwanni Pawlu II, waqt it-tieni zjara pastorali li ghamel f’pajjizna.

Il-kaz hu ta’ tarbija ckejkna li, ftit jiem wara li twieldet, zviluppat kumplikazzjonijiet fil-fwied. It-tarbija ttiehdet l-Isptar San Luqa fejn giet ezaminata u nghatat attenzjoni minn pedjatrici Maltin. Madankollu, il-kundizzjoni taghha marret mill- hazin ghall-aghar. Dan wassal biex it-tarbija tittiehdet f’King’s College Hospital, Londra ghal aktar kura specjalizzata.

Fl-14 ta’ Lulju, it-tobba u l-ispecjalisti ddecidew li l-unika tama biex it-tarbija ssalva kienet li tinghata fwied gdid. Wara li kienet iffissata data ghall-operazzjoni, instab li l-fwied li kien se jinghata lit-tarbija ma kienx jaqbel maghha.

Kien f’dawn il-granet ta’ qtigh il-qalb li sar talb herqan bl-intercessjoni ta’ Dun Gorg Preca, u sahansitra tqeghdet fuq it-tarbija ngwanta li kienet intuzat waqt l- ezumazzjoni tal-Beatu.

Fl-20 ta’ Lulju, il-kundizzjoni tat-tarbija qalbet ghall-ahjar, u l-fwied taghha beda jiffunzjona mill-gdid. Erbat ijiem wara, it-tobba ddecidew li t-tarbija ma kellhiex aktar bzonn it-trapjant tal-fwied. It-tarbija l-lum ghandha hames snin, u hi b’sahhitha.

F’Lulju 2002, sena wara l-fejqan, it-Tribunal Ekklezjastiku ta’ l-Arcidjocesi ta’ Malta, taht it-tmexxija ta' Mons Arthur Said Pullicino, ta bidu ghall-Process Djocesan biex jistudja l-kaz u jara jekk ghandux ikun ipprezentat lill- Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin.

Fl-elaborazzjoni tal-kaz, it-Tribunal sema’ ghadd ta’ xhieda, meghjun mill-esperti medici Dr Alfred Caruana Galizia u Dr Simon Attard Montalto. Fost ohrajn, it- Tribunal sema’ wkoll ix-xiehda ta’ Profs. Dr Anil Dhawan minn King’s College Hospital, li kkonferma li ma kien hemm ebda spjegazzjoni xjentifika ghall-fejqan tat-tarbija.

Il-Process Djocesan inghalaq ufficjalment is-Sibt, 19 ta’ Gunju 2004, waqt koncelebrazzjoni li saret fil-KonKattidral ta’ San Gwann, il-Belt. Waqt il- koncelebrazzjoni, Mons Guzeppi Mercieca ffirma d-dokumenti tal-kaz, flimkien mal-membri tat-Tribunal Ekklezjastiku. Dawn id-dokumenti kienu ssigillati u ntbaghtu Ruma.

Fis-17 ta’ Dicembru 2004, il-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin iddecidiet li l- process li sar Malta kien validu. It-tobba esperti tal-Kongregazzjoni taw il-pariri pozittiv taghhom waqt il-Konsulta Medika tat-23 ta’ Frar 2006. Il-Kungress tat- Teologi ddiskuta l-kaz nhar it-30 ta’ Ottubru 2006. It-teologi tal-Kongregazzjoni esprimew il-parir favorevoli taghhom. Id-dokumentazzjoni kollha giet imressqa ghall-istudju u d-diskussjoni tal-Kardinali u l-Isqfijiet li taw il-verdett pozittiv taghhom nhar id-9 ta’ Jannar 2007.